Iffiltra skont
Aħbarijiet (314)
RSSId-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet urbani (irħula, bliet, insedjamenti) jiġbru u jittrattaw kif suppost l-ilmijiet mormija tagħhom, u b'hekk jeliminaw jew inaqqsu l-effetti mhux mixtieqa kollha tagħhom meta jiġu skarikati fil-korpi tal-ilma.
L-istess investimenti appoġġaw ukoll tnaqqis ta’ 3.5 % fid-differenza bejn il-PDG per capita tal-10 % tar-reġjuni l-inqas żviluppati u l-10 % tar-reġjuni l-aktar żviluppati.
Is-suċċess tal-kollokament tal-Kummissjoni se jgħin biex iżomm il-momentum wara l-irkupru tal-Ewropa mill-pandemija tal-COVID-19.
Il-Kummissjoni llum qed tadotta l-proposta biex tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jikkonkludu l-proċedura leġiżlattiva fil-ħin qabel ma jiskadi r-Regolament attwali.
L-abbozz tad-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet u l-prinċipji diġitali għandu l-għan li jagħti punt ta' referenza ċar lil kulħadd dwar it-tip ta' trasformazzjoni diġitali li l-Ewropa tippromwovi u tiddefendi.
Hekk kif tibda s-sena 2022 - ipproklamata s-Sena Ewropea għaż-Żgħażagħ - l-istħarriġ tal-lum jenfasizza l-fehmiet taż-żgħażagħ Ewropej dwar l-isfidi li l-Unjoni Ewropea qiegħda tħabbat wiċċa magħhom flimkien mar-rwol ewlieni li għandhom iż-żgħażagħ fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.
It-tielet sessjoni tal-Plenarja tal-Konferenza qieset 90 rakkomandazzjoni mill-Panels dwar “Demokrazija Ewropea / Valuri u drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà” u “Tibdil fil-klima, ambjent / Saħħa”, u rakkomandazzjonijiet relatati mill-Panels taċ-Ċittadini nazzjonali.
B'kollox 90 rakkomandazzjoni magħmula minn żewġ Bordijiet taċ-Ċittadini Ewropej se jkunu diskussi fis-sessjoni plenarja ta' dan il-weekend matul il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fi Strasburgu.
Bħal fl-ewwel edizzjoni, il-Premjijiet tal-2022 tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se jippremjaw l-ideat tal-talenti żgħażagħ kif ukoll proġetti eżistenti għas-sostenibbiltà, l-inklużività, u l-estetika, biex b'hekk il-Patt Ekoloġiku Ewropew jitqarreb lejn in-nies u lejn il-komunitajiet lokali.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar ir-regoli riveduti proposti dwar l-għajnuna mill-Istat għas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tas-sajd.