Ir-Rappreżentanza tinsab il-Belt Valletta u hija l-uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
Ir-rwol tagħna f'Malta huwa li:
- Nispjegaw kif se jaffettwawk il-politiki tal-UE, u nappoġġjaw lill-President u lill-Kummissjoni kollha fl-interazzjoni tagħhom ma’ Malta
- Nippromwovu djalogu politiku permanenti mal-awtoritajiet nazzjonali u lokali, il-Parlament ta’ Malta, is-sħab soċjali, partijiet interessati oħra, l-akkademja u s-soċjetà ċivili. Ir-Rappreżentanza tħejji u tappoġġa żjarat minn Membri tal-Kulleġġ u minn uffiċjali għolja tal-Kummissjoni u, kif xieraq, tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
- Inkunu sors ta’ informazzjoni relatata mal-UE għall-gvern tiegħek u għal awtoritajiet u partijiet ikkonċernati oħra
- Naġixxu u nitkellmu għall-Kummissjoni Ewropea bħala l-vuċi tagħha f’Malta u nikkomunikaw dwar l-UE lill-midja, inkluża dik soċjali, u nżommu kuntatti diretti mal-midja nazzjonali u noffrulhom servizzi tal-istampa u tal-midja
- Naħdmu maċ-ċittadini, l-akkademja, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u ntellgħu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, djalogu u sensibilizzazzjoni dwar il-prijoritajiet u l-politiki tal-UE, inkluż fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
- Ngħarrfu lill-Kummissjoni fi Brussell dwar żviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali importanti fil-pajjiż, billi nipprovdu għarfien, analiżi u pariri lill-President u lill-Kummissjoni bil-ħsieb li ninfurmaw it-tfassil tal-politika tal-UE u l-komunikazzjoni politika
Ix-xogħol tar-Rappreżentanza ikompli jitwettaq fuq livell lokali u aktar speċifiku minn tliet Ċentri Europe Direct madwar Malta u Għawdex, li jagħtu l-informazzjoni u jikkomunikaw maċ-ċittadini fuq livell reġjonali u lokali.
Il-Kummissjoni għandha Rappreżentanzi fl-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll f’Uffiċċji Reġjonali f’Barċellona, Bonn, Marsilja, Milan, Munich u Wrocław.
Dwar is-sit web tar-Rappreżentanza
Permezz ta’ dan is-sit, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi firxa wiesgħa ta’ kontenut bil-Malti u bl-Ingliż. Dan jinkludi:
- Dettalji tal-avvenimenti pubbliċi f’Malta
- Aħbarijiet u informazzjoni dwar politiki u programmi ewlenin tal-UE, u kif dawn il-politiki jiġu implimentati f’Malta
- Aċċess għal sommarji tal-aħbarijiet, kanali tal-midja soċjali, il-fuljett elettroniku ta’ informazzjoni tar-Rappreżentanza, u avviżi
- Kif tikkuntattja u tinvolvi ruħek mal-UE kemm lokalment kif ukoll fil-livell tal-UE
- Informazzjoni utli oħra fil-livell tal-UE, bħall-appoġġ għan-negozju, opportunitajiet ta’ finanzjament, sejħiet għall-offerti, u tagħrif dwar kif tista’ taħdem u tgħix fl-UE.
EU policies and priorities in Malta
Ikkuntatja lil UE f' Malta