Ir-riċerka ta’ suċċess tagħmel lill-Ewropa post aħjar fejn wieħed jgħix billi ttejjeb il-kura tas-saħħa, tiżviluppa metodi agrikoli sostenibbli u toħloq prodotti u servizzi innovattivi.
Kull sena l-UE tappoġġa aktar minn 200,000 negozju permezz ta’ self għan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta’ riskju.
Finanzjament ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju
L-aċċess għall-finanzjament huwa problema li jiffaċċjaw in-negozji żgħar u medji (SMEs) kollha matul l-iżvilupp tagħhom. Il-programm Ewropew għall-SMEs, COSME, huwa mfassal biex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp tan-negozju, mill-ħolqien sal-espansjoni.
L-aċċelleratur tal-EIC jippermetti lill-aktar intraprendituri brillanti u b’saħħithom biex jimxu ’l quddiem u jitolbu finanzjament għal ideat rivoluzzjonarji bil-potenzjal li joħolqu swieq ġodda jew jirrivoluzzjonaw dawk eżistenti.
Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandu fergħa apposta għall-SMEs li toffri sa total ta’ EUR 5.5 biljun jew ta’ riżorsi ta’ finanzjament jew ta’ kapaċità ta’ garanzija.
Għodod ta’ finanzjament u servizzi ta’ konsulenza għall-innovaturi huma pprovduti wkoll minn InnovFin, inizjattiva konġunta mnedija mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-FEI f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea taħt il-programm Orizzont 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni.
COSME, il-programm Ewropew għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju
Il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku (FEIS)
Finanzjament InnovFin għall-Innovaturi
Finanzjament għar-riċerka
Il-finanzjament tar-riċerka għandu rwol ewlieni fl-innovazzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sostenibbiltà tal-Kummissjoni Ewropea deskritti fil-Patt Ekoloġiku u fit-tranżizzjoni diġitali tal-UE.
Orizzont 2020 huwa l-istrument finanzjarju ewlieni li jqiegħed l-investiment fir-riċerka fil-qalba tal-ispinta tal-UE għal tkabbir u impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklużivi. Il-programm ta’ investiment li jmiss tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont Ewropa, għandu jkollu baġit ta’ madwar EUR 100 biljun.
Minbarra li tiffinanzja r-riċerka bbażata fuq in-negozju, l-UE tappoġġa lir-riċerkaturi fl-istadji kollha tal-karrieri u t-taħriġ akkademiku tagħhom.
Stejjer ta’ suċċess dwar ir-riċerka tal-UE
Programmi u sejħiet tal-UE għall-finanzjament tar-riċerka
Opportunitajiet ta’ finanzjament u linji gwida
Kollox dwar il-programmi ta’ finanzjament tal-UE
Informazzjoni dwar it-tipi ta’ finanzjament disponibbli, ħarsa ġenerali lejn il-programmi ta’ finanzjament ewlenin u kif jitmexxa l-finanzjament tal-UE.