It-tim tal-istampa
L-Uffiċċju tal-Media jwieġeb direttament għal firxa wiesgħa ta’ mistoqsijiet tal-istampa u tal-media dwar kwistjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, jippromwovi b’mod attiv il-kopertura tal-media tal-UE billi jagħti bidu għal kuntatti regolari u jippubblika stqarrijiet dwar suġġetti attwali tal-UE ta’ interess għal udjenza Maltija. Jorganizza wkoll avvenimenti ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u jirrappreżenta lill-Kummissjoni fil-konferenzi stampa f’Malta.
L-Uffiċċju tal-Midja jieħu wkoll ħsieb wkoll is-sit web tar-Rappreżentanza kif ukoll il-paġni tiegħu fuq Instagram u YouTube.
Kuntatti
Kap tal-Istampa: Mark VELLA
Posta elettronika: Mark [dot] VELLAec [dot] europa [dot] eu (Mark[dot]VELLA[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Assistenta għall-Istampa: Mariella MANGION
Posta elettronika: Mariella [dot] MANGIONec [dot] europa [dot] eu (Mariella[dot]MANGION[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Is-Servizz tal-Kelliema tal-Kummissjoni Ewropea
Is-Servizz tal-Kelliema (SPP) jopera taħt l-awtorità politika tal-President tal-Kummissjoni u f’kooperazzjoni mar-rappreżentanzi nazzjonali tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ stqarrijiet għall-istampa, għall-organizzazzjoni ta’ konferenzi stampa u għat-trattament ta’ mistoqsijiet għall-istampa. Il-kelliema huma responsabbli għal oqsma ta’ politika speċifiċi tal-Kummissjoni.
Materjal għall-istampa mis-Servizz tal-Kelliema tal-Kummissjoni
Akkreditazzjoni għall-Medja — Ġurnalisti, fotografi u ekwipaġġi tat-televiżjoni jeħtieġu akkreditazzjoni biex jidħlu fiż-żoni tal-istampa tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew.
Servizz awdjoviżiv
Is-servizz awdjoviżiv tal-Kummissjoni Ewropea jipprovdi firxa ta’ servizzi u materjali bla ħlas lill-ġurnalisti inklużi:
- Europe by Satellite — (EbS) huwa s-servizz ta’ informazzjoni tat-TV tal-Unjoni Ewropea. Jipprovdi materjal awdjoviżiv relatat mal-UE permezz tas-satellita lill-professjonisti tal-midja. L-ipprogrammar jikkonsisti f’taħlita ta’ avvenimenti diretti, aħbarijiet, u stockshots dwar il-politiki u l-kwistjonijiet tal-UE.
- Aħbarijiet bil-vidjo, stockshots u filmati
- Kopertura b’ritratti u stampi
- Regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-użu ta’ materjali tal-UE