L-Unjoni Ewropea tipprovdi kemm servizz ta’ kuntatt ċentrali komprensiv kif ukoll firxa ta’ informazzjoni, servizzi u netwerks oħra ta’ appoġġ madwar Malta.
Jekk għandek mistoqsijiet ġenerali dwar l-UE, teħtieġ l-għajnuna biex issib informazzjoni speċifika, tixtieq taċċessa d-dokumentazzjoni jew tixtieq is-servizzi ta’ espert tal-UE għal avveniment, segwi l-links ta’ hawn taħt biex iċċempel, tikteb jew tiltaqa’ magħna.
- Ċemplilna: ċempel bla ħlas minn Malta lis-servizz telefoniku ddedikat tagħna, u kellem lil xi ħadd bl-Ingliż, bil-Malti jew bi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE
- Iktbilna: Ibagħtilna email b’mistoqsija miktuba bil-lingwa preferuta tiegħek tal-UE u se nerġgħu nikkuntattjawk fi ftit jiem
- Iltaqa’ magħna f’Malta: sib ċentru tal-UE u netwerk ta’ esperti qrib tiegħek
Ikseb dettalji ta’ kuntatt għal diversi ċentri, netwerks u uffiċċji tal-UE f’Malta, inkluż it-tim tal-istampa u l-uffiċċju tar-Rappreżentanza.
Għajnuna dwar kif tikkuntattja lill-UE fuq livell internazzjonali.
Kuntatti ta’ Malta u awtoritajiet u netwerks fil-livell tal-UE għar-residenti, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tal-UE biex iressqu lmenti jew jirrapportaw problem.