Your Opinion Matters
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tagħti lill-Ewropej kelma akbar dwar dak li tagħmel l-Unjoni u kif taħdem għalihom.
Permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi tista’ tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar l-ambitu, il-prijoritajiet u l-valur miżjud ta’ azzjoni tal-UE għal inizjattivi ġodda, jew evalwazzjonijiet ta’ politiki u liġijiet eżistenti.
Agħti sehem akbar fil-politiki li jaffettwawlek ħajtek. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod uniku għalik biex tgħin tifforma l-UE billi titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġijiet ġodda.
Issuġġerixxi kif tissimplifika u timmodernizza l-liġijiet eżistenti u tnaqqas il-piżijiet regolatorji.
Mill-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979, l-elezzjonijiet Ewropej isiru kull ħames snin. Fl-2019, seħħew mit-23 sas-26 ta' Mejju.