Bħala ċittadin ta’ Malta jew kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE, int awtomatikament ċittadin tal-UE wkoll. Tgawdi għalhekk minn ħafna drittijiet importanti skont il-liġi tal-UE, b’mod partikolari d-dritt li tiċċaqlaq liberament madwar l-Ewropa biex tgħix, taħdem, tistudja jew saħansitra tirtira.
U jekk qed tivvjaġġa barra l-UE u pajjiżek ma għandu l-ebda rappreżentanza diplomatika hemmhekk, tista’ tmur fl-ambaxxata jew fil-konsulat ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE u tirċievi assistenza u protezzjoni.
Id-drittijiet tiegħek fl-UE
Dinjità, libertajiet, ugwaljanza, solidarjetà, drittijiet taċ-ċittadini, ġustizzja.
Test sħiħ tal-karta, applikazzjoni tal-karta, kif il-karta għandha x'taqsam mal-liġijiet internazzjonali
Tindirizza l-ilment tiegħek lill-awtorità nazzjonali rilevanti, lill-gvern, lill-qrati nazzjonali jew lil korp speċjalizzat tad-drittijiet tal-bniedem.
Inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni.