Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Artiklu tal-aħbarijiet16 Novembru 2021Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

cofoe-social_media-twitter8card-1200_676px-en.jpg
© EU

Fil-5 u s-7 ta’ Novembru, madwar 200 ċittadin tal-UE magħżula b’mod aleatorju mill-Istati Membri kollha ltaqgħu għat-tieni darba online biex jiddiskutu ekonomija aktar b’saħħitha, il-ġustizzja soċjali, l-impjiegi/l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ, l-isport/it-trasformazzjoni diġitali. Huma ddiskutew il-futur tal-ekonomija u l-impjiegi tagħna, speċjalment fid-dawl tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, id-drittijiet u l-ġustizzja, l-edukazzjoni diġitali u ċ-ċibersigurtà, fost affarijiet oħra. Huma se jippreparaw rakkomandazzjonijiet f’kull wieħed mill-ħames flussi li identifikaw: Naħdmu fl-Ewropa, ekonomija għall-futur, soċjetà ġusta, it-tagħlim fl-Ewropa, u trasformazzjoni diġitali sikura u etika.

Fit-12–14 ta’ Novembru, it-tieni Panel taċ-Ċittadini Ewropej se jiltaqa’ online għat-tieni darba biex jiddiskuti, b’mod partikolari, kif jistgħu jissaħħu d-ddrittijiet u n-nondiskriminazzjoni, jiġu protetti d-demokrazija u l-istat tad-dritt, tiġi riformata l-UE, tinbena l-identità Ewropea u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Segwi l-plenarji f’xandira diretta fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi. L-Ewropej kollha jistgħu jinvolvu ruħhom u jaqsmu l-ideat tagħhom dwar kif nistgħu nsawru l-futur kondiviż tagħna fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi. Skopri aktar dwar il-proċess u l-iskeda ta’ żmien tal-Konferenza.

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
16 Novembru 2021
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta