
Ġenerazzjoni ġdida ta’ ċentri tal-EUROPE DIRECT (ED) se tibda topera madwar l-UE fl-1 ta’ Mejju 2021. In-network ta’ 424 ċentru se jwassal l-Unjoni Ewropea, il-politiki u l-valuri tagħha fil-partijiet kollha tal-Ewropa, u se jistabbilixxi wkoll konnessjoni importanti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini Ewropej.
Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta bi pjaċir tħabbar li t-tliet ċentri tal-ED li se jkunu qed joperaw f’Malta u Għawdex mill-1 ta’ Mejju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2025 huma SEM – Servizzi Ewropej f’Malta, Core Platform u l-Kamra tal-Kummerċ għal Għawdex.
In-network il-ġdid tal-EUROPE DIRECT se jipprovdi informazzjoni f’waqtha u oġġettiva dwar kwistjonijiet Ewropej, iżda se jara wkoll li jinvolvi liċ-ċittadini dwar l-istat u l-futur tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol u l-mandat taċ-ċentri tal-EUROPE DIRECT ġew modernizzati meta mqabblin mal-ġenerazzjonijiet preċedenti u issa jinkludu l-mandat sabiex jorganizzaw djalogi maċ-ċittadini u firxa ta’ avvenimenti parteċipattivi li jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta’ sfera pubblika Ewropea. Iċ-ċentri tal-ED se joffru kontenut rilevanti lill-media lokali dwar il-politiki u l-prijoritajiet tal-UE, jinvolvuhom fl-attivitajiet tagħhom u jgħinu lill-Kummissjoni sabiex issegwi is-sensittivitajiet lokali marbutin mal-politiki tal-UE. Iċ-ċentri l-ġodda se jippromwovu wkoll ċittadinanza Ewropea attiva fl-iskejjel u se jikkoordinaw ma’ networks oħra tal-UE fir-reġjuni, filwaqt li jiżguraw aċċess aktar faċli għaċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji.
It-tliet ċentri tal-ED li se jkunu qed joperaw fil-gżejjer Maltin jistgħu jiġu kkuntattjati kif ġej:
Europe Direct Valletta
SEM – Servizzi Ewropej f’Malta
280, Triq ir-Repubblika, Valletta VLT 1112
edvalletta.sem@gov.mt
+356 2200 3316
Europe Direct Core Platform
Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta
The Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT 1117
ed@core.org.mt
+356 9924 8777
Europe Direct Għawdex
Il-Kamra tal-Kummerċ għal Għawdex
The Brokerage, Livell 4A, Triq Santa Marta, Victoria VCT 2551
edic@europedirectgozo.org
+356 2156 3389
Aktar tagħrif dwar ix-xogħol u n-network il-ġdid taċ-ċentri tal-Europe Direct jinsab hawn jew billi tikkuntattja lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta fuq comm-rep-mt@ec.europa.eu.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 2 Mejju 2021