Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
EU support to renewable energy and fighting climate change in the Pacific
L-ilsien Malti

Meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-2003, il-Malti sar lingwa uffiċjali tal-UE.

Meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-2003, il-Malti sar lingwa uffiċjali tal-UE. Fil-prattika, dan ifisser li l-verżjonijiet Maltin tat-Trattati saru disponibbli, flimkien mad-dokumenti kollha prodotti mill-Unjoni Ewropea, u li ċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt jikkorrispondu mal-istituzzjonijiet tal-UE bil-Malti u ljirċievu tweġiba bil-Malti.  

Id-dokumenti u t-testi koperti jinkludu dan ikopri l-leġiżlazzjoni, il-kontenut għall-web, u l-materjal politiku, ta’ komunikazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ rappurtar.

 

A. Reklutaġġ: Hemm madwar 300 membru tal-persunal tal-lingwa Maltija fis-servizzi lingwistiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi tradutturi, terminologi, interpreti u assistenti lingwistiċi. L-EU tirrekluta wkoll ħaddiema temporanji, apprendisti, u esperti nazzjonali sekondati permezz ta’ kompetizzjonijiet organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

B. Kuntratturi esterni: Biex jikkomplementaw il-kapaċità tal-persunal intern tal-lingwa Maltija, l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu użu mis-servizzi tat-traduzzjoni freelance permezz ta’ sejħiet regolari għall-offerti u kuntratti qafas.

D. Riżorsi tal-lingwa Maltija: L-UE u Malta ngħaqdu flimkien biex jibnu r-riżorsi lingwistiċi Maltin disponibbli, speċjalment permezz tad-data għat-traduzzjoni awtomatika newrali użata fil-kontenut lingwistiku tal-magna tat-traduzzjoni teTranslation tal-KE. Il-bażi tat-terminoloġija IATE u l-Euramis, il-bank tal-memorja tat-traduzzjoni interistituzzjonali, komplew jikbru.