Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
  • Stqarrija għall-istampa
  • 16 Novembru 2021
  • Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta
  • 1 min qari

Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tapprova skema Maltija ta’ EUR 800,000 biex tappoġġa lis-sajjieda affettwati mit-tifqigħa tal-coronavirus

Fishing

Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema Maltija ta’ EUR 800,000 biex tappoġġja lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd affettwati mit-tifqigħa tal-coronavirus. L-iskema ġiet approvata taħt il-Qafas Temporanju tal-Għajnuna mill-Istat. Taħt l-iskema, l-appoġġ pubbliku se jieħu l-forma ta’ għotjiet diretti. L-ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju se jiġi kkalkulat billi l-ammont ta’ ħut (f’kg) maqbud fl-2020 jiġi mmultiplikat b’EUR 0.98, sa limitu massimu ta’ EUR 5,000 għal kull bastiment. Il-miżura se tindirizza parzjalment it-telf tad-dħul imġarrab mill-benefiċjarji minħabba t-tifqigħa tal-coronavirus u l-miżuri restrittivi li l-gvern Malti kellu jimplimenta biex jillimita l-firxa tal-virus. L-iskema għandha l-għan li tindirizza l-ħtiġijiet ta’ likwidità tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd u  tgħinhom ikomplu bl-attivitajiet tagħhom matul u wara t-tifqigħa. Il-Kummissjoni sabet li l-iskema Maltija hija konformi mal-kundizzjonijiet tal-Qafas Temporanju. B’mod partikolari, l-għajnuna (i) mhux se taqbeż l-EUR 270,000 għal kull benefiċjarju; u (ii) se tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2021. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura hija meħtieġa, xierqa u proporzjonata biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru, f’konformità mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas Temporanju. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni approvat l-iskema skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Aktar informazzjoni dwar il-Qafas Temporanju u azzjonijiet oħra meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-coronavirus tista’ tinstab hawnhekk. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni se tkun disponibbli taħt in-numru tal-każ SA.100440 fir-Reġistru tal-Għajnuna mill-Istat u fuq is-sit tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni ladarba jkunu riżolti xi kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità li jista’ jkun hemm.

 

(For more information: Arianna Podesta – Tel.: +32 229 87024; Giulia Astuti – Tel.: +32 229 55344; Maria Tsoni – Tel.: +32 229 90526)

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
16 Novembru 2021
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta