Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Artiklu tal-aħbarijiet12 Mejju 20213 min qari

It-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2021: Immiddu jdejna

ef_announcement_social_media-01_0.png
© EU
It-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2021 jipprojjetta li l-ekonomija tal-UE se tespandi b'4.2 % fl- 2021 u b'4.4 % fl-2022. L-ekonomija taż-żona tal-euro hija mbassra li se tikber b'4.3 % din is- sena u 4.4 % s-sena d-dieħla. Dan jirrappreżenta titjib sinifikanti fil-prospettiva tat-tkabbir meta mqabbel mat-Tbassir Ekonomiku tax-Xitwa 2021 li l-Kummissjoni ppreżentat fi Frar. Ir-rati ta' tkabbir se jkomplu jvarjaw madwar l-UE, iżda fl-Istati Membri kollha l-ekonomiji għandhom jerġgħu lura għal-livelli ta' qabel il-kriżi sa tmiem l-2022.

 

forecast_country_cards-local_language14.jpg
© EU

 

alta

L-ekonomija ta’ Malta għandha tara rkupru robust fl-2021 u l-2022, dejjem sakemm is-settur tat- turiżmu jinfetaħ b’mod sikur. L-irkupru mistenni jkun xprunat minn żieda mill-ġdid fl- esportazzjonijiet tas-servizzi relatati mat-turiżmu, il-konsum tal-unitajiet domestiċi u l- investiment. Minħabba l-pożizzjoni ta’ appoġġ tal-politika fiskali, id-defiċit ġenerali tal-gvern mistenni kompli jikber fl-2021 qabel ma jitjieb fl-2022 bis-saħħa ta’ rkupru aċċellerat u tneħħija gradwali tal-miżuri ta’ appoġġ fiskali. Aqra aktar f’paġna 98 hawnhekk.

Il-membri tal-Kulleġġ qalu hekk:

Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, qal: “Filwaqt li għadna ma ħriġniex mill-inkwiet, il-prospetti ekonomiċi tal-Ewropa jidher li huma ħafna aktar brillanti. Hekk kif ir-rati tat-tilqim qed jiżdiedu, ir-restrizzjonijiet qed jonqsu u l-ħajja tan- nies bil-mod qed terġa' lura għan-normal, tejjibna t-tbassir għall-ekonomiji tal-UE u taż-żona tal- euro għal din is-sena u għal ta' waraha. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tgħin l-irkupru u se tkun ta' importanza assoluta fl-2022, meta se żżid l-investimenti pubbliċi għall-ogħla livell f'aktar minn għaxar snin. Għad fadal ħafna xogħol iebes x'nagħmlu, u ħafna riskji se jibqgħu jkunu ta' theddida sakemm tibqa' għaddejja l-pandemija. Sakemm nerġgħu nqumu fuq saqajna, se nkomplu nagħmlu dak kollu meħtieġ biex nipproteġu lin-nies u nżommu lin-negozji milli jerqgħu.”

Paolo Gentiloni, il-Kummissarju għall-Ekonomija, qal: “L-effett tal-COVID-19 qed jibda jonqos minn fuq l-ekonomija tal-Ewropa. Wara bidu tas-sena dgħajjef qed nipprojjettaw tkabbir qawwi kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022. L-appoġġ fiskali mingħajr preċedent kien, u se jibqa', essenzjali biex jgħin lill-ħaddiema u lill-kumpaniji Ewropej jegħlbu l-maltemp. Iż-żieda korrispondenti fid-defiċits u fid-dejn hija mistennija li tilħaq il-quċċata din is-sena qabel ma tibda tonqos. L-impatt ta' NextGenerationEU se jibda jinħass din is-sena u s-sena d-dieħla, iżda għandna ħafna xogħol iebes quddiemna, fi Brussell u fil-bliet kapitali nazzjonali, biex nagħmlu l-aħjar użu minn din l- opportunità storika. U naturalment iż-żamma tar-rata, li issa saret qawwija, tat-tilqim fl-UE setkun kruċjali għas-saħħa taċ-ċittadini tagħna kif ukoll tal-ekonomiji tagħna. Allura ejja lkoll kemm aħna nxammru l-kmiem.”

Sfond

It-tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2021 huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet tekniċi dwar ir- rati tal-kambju, ir-rati tal-imgħax u l-prezzijiet tal-komoditajiet, fejn id-data limitu kienet it-28 ta' April 2021. Rigward id-data kollha l-oħra li dieħla, inkluż is-suppożizzjonijiet dwar il-politiki tal- gvern, dan it-tbassir iqis l-informazzjoni sat-30 ta' April. Jekk ma jitħabbrux linji politiċi b'mod kredibbli u fid-dettall, il-projezzjonijiet jassumu li ma hemmx bidliet fil-politika.

Wara l-adozzjoni finali tar-regolament dwar l-RRF u l-progress sinifikanti fit-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, it-Tbassir tar-Rebbiegħa jinkorpora l-miżuri ta' riforma u ta' investiment stabbiliti fl-abbozz tal-RRPs għall-Istati Membri kollha. Madankollu, fiż-żmien tad-data limitu, id-dettalji ta' xi pjanijiet kienu għadhom qed jiġu diskussi f'għadd ta' Stati Membri. F'dawn il-każijiet, intużaw suppożizzjonijiet simplifikati ta' ħidma għar-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet marbuta mal-RRF, speċifikament fir-rigward tal-profil taż-żmien tan-nefqa (preżunt li huwa lineari matul il-ħajja tal-RRF) kif ukoll il-kompożizzjoni tagħha (preżunta li hija maqsuma bejn l- investiment pubbliku u trasferimenti kapitali.)

Għal Aktar Informazzjoni

Id-dokument sħiħ: It-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2021: Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskisSegwi lill-Kummissarju Gentiloni fuq Twitter: @PaoloGentiloni Segwi DG ECFIN fuq Twitter: @ecfin

Kuntatti għall-istampa

  •  Arianna PODESTA Telefown

    +32 2 298 70 24

    Posta

    arianna [dot] podestaatec [dot] europa [dot] eu (arianna[dot]podesta[at]ec[dot]europa[dot]eu)

  •  Enda MCNAMARA Telefown

    +32 2 296 49 76

    Posta

    Enda [dot] Mcnamaraatec [dot] europa [dot] eu (Enda[dot]Mcnamara[at]ec[dot]europa[dot]eu)

 

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Mejju 2021