
Il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal kampanja biex tagħżel, b’mod aleatorju, ċittadini mis-27 Stat Membru kollha tal-UE. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li l-Kummissjoni tistieden lil dawn iċ-ċittadini, li ġew ikkuntattjati mis-sħab tagħna f’dan il-proċess, biex jirreġistraw l-interess tagħhom ħalli jissieħbu f’Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar baġit Ewropew ġdid adattat għall-ambizzjoni tagħna.
Ir-reklutaġġ qed nagħmluh billi nħabbtu bieb bieb u l-proċess qed tieħu ħsiebu l-Fondazzjoni Sortition, is-sieħba uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Imbagħad, minn fost iċ-ċittadini kollha li se jirreġistraw se jintgħażlu 150 b'mod aleatorju biex jirrappreżentaw id-diversità demografika tal-UE, u lil dawn se nistednuhom jiġu Brussell. Hemmhekk, se jaħdmu flimkien biex ifasslu rakkomandazzjonijiet konkreti dwar baġit Ewropew ġdid adattat għall-ambizzjoni tagħna.
Int tista’ tkun fost dawk il-150 ċittadin Ewropew!
Aktar informazzjoni hawn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 29 Jannar 2025
- Awtur
- Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta