Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Stqarrija għall-istampa10 Jannar 2022Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta3 min qari

Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media: Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika

media freedom

Illum, il-Kummissjoni qed tippubblika konsultazzjoni pubblika miftuħadwar l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media li ġej, inizjattiva importanti mħabbra mill-President von der Leyen fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tagħha tal-2021 biex tissalvagwardja l-pluraliżmu u l-indipendenza tal-media fis-suq intern tal-UE. Dan issegwi sejħa għall-evidenzappubblikata fil-21 ta' Diċembru 2021 li tiddeskrivi l-għanijiet ewlenin tal-inizjattiva, l-għażliet u l-impatti possibbli.

Il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, Věra Jourová qalet: “Il-media hija pilastru tad-demokrazija. Iżda llum dan il-pilastru qed jixxaqqaq, b'tentattivi mill-gvernijiet u gruppi privati biex jagħmlu pressjoni fuq il-media. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni qed tipproponi regoli u salvagwardji komuni li jħarsu l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media. Il-ġurnalisti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom, jinfurmaw liċ-ċittadini, u lil min ikollu l-poter iżommuh responsabbli għal għemilu mingħajr biża' jew favur. Issa qed nikkonsultaw b'mod wiesa' biex noħorġu bl-aħjar proposta.”

Il-Kummissarju għas-Suq Intern Thierry Breton, qal: “Irridu niżguraw li l-media Ewropea tibqa' indipendenti, innovattiva u sostenibbli, u topera mingħajr interferenzi mhux ġustifikati fl-attivitajiet tagħha. Illum qed inniedu l-konsultazzjoni tagħna dwar l-Att dwar il-Libertà tal-Media li ġej: irridu nisimgħu l-fehmiet tagħkom u nesploraw is-soluzzjonijiet tagħkom għal suq tal-media reżiljenti, li jagħti informazzjoni diversa u affidabbli liċ-ċittadini.”

Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tiġbor il-fehmiet dwar l-aktar kwistjonijiet importanti li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tal-media, inklużi tipi differenti ta' interferenzi fil-media, kif ukoll ix-xejriet ekonomiċi. Tkopri tliet taqsimiet ewlenin li jirrigwardaw is-swieq tal-media. L-ewwel waħda tiffoka fuq it-trasparenza u l-indipendenza (eż. l-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet tas-suq tal-media, it-trasparenza tas-sjieda tal-media u l-kejl tal-udjenza), it-tieni fuq il-kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb tagħhom (eż. l-esponiment tal-pubbliku għal pluralità ta' fehmiet, l-innovazzjoni tal-media fis-suq tal-UE) u t-tielet fuq l-allokazzjoni ġusta tar-riżorsi tal-istat (eż. l-indipendenza tal-media tas-servizzi pubbliċi, it-trasparenza u t-tqassim ġust tar-reklamar tal-istat). Huwa mistenni wkoll feedback dwar l-għażliet ta' governanza li jirfdu l-Att li jistgħu jibnu fuq il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA). 

Il-proposta se tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fit-tielet trimestru tal-2022. Il-konsultazzjoni pubblika għandha l-għan li tiġbor fehmiet, evidenza u data mingħand iċ-ċittadini, b'mod partikolari l-ġurnalisti, il-media (kemm il-media tas-servizzi privati u kif ukoll pubbliċi), l-akkademiċi, is-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji u l-partijiet interessati kollha biex jgħinu l-Kummissjoni tfassal dawn ir-regoli l-ġodda. Jista' jingħata input sal-21 ta' Marzu 2022 fuq il-portal Semma' leħnek.

Kuntest

L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media għandu jiġi adottat fit-tielet trimestru tal-2022, kif iddikjarat fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2022. Se jkun ibbażat fuq id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva li tistabbilixxi regoli għall-indipendenza tar-regolaturi tal-media, tippromwovi t-trasparenza tas-sjieda tal-media u tirrikonoxxi li d-deċiżjonijiet editorjali għandhom ikunu ħielsa minn interferenza. L-inizjattiva se tiffoka fuq l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-servizzi tal-media u se jkollha l-għan li tistabbilixxi qafas komuni għall-avvanz tas-suq intern fis-settur tal-media, fid-dawl li jiġu salvagwardjati l-libertà u l-pluraliżmu tal-media f'dak is-suq. Se tkun koerenti mal-isforzi tal-UE fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika, fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u fl-appoġġ tal-libertà u tal-pluraliżmu tal-media kif previst fil-Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea. B'mod partikolari, se tikkomplementa r-Rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni, is-sikurezza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti li ġiet adottata reċentement, il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitalipropost u l-inizjattiva li ġejja biex jiġu protetti l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet minn litigazzjoni abbużiva (SLAPP). Barra minn hekk, l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media se jmur id f'id ma' azzjonijiet relatati mal-vijabbiltà, mar-reżiljenza u mat-trasformazzjoni diġitali tas-settur tal-media, imwettqa taħt il-Pjan ta' Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv.

Għal aktar informazzjoni

Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva

Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea – stqarrija għall-istampa

Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea – sit web

Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea – paġna informattiva

Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea – Mistoqsijiet u Tweġibiet

Rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti – stqarrija għall-istampa

Rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti – skeda informattiva

Rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti - test legali

Pjan ta' Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv – stqarrija għall-istampa

Pjan ta' Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv – sit web

Pjan ta' Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv – paġna informattiva

Il-Pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Libertà u pluraliżmu tal-media

Appoġġ tal-UE lis-settur tal-media tal-aħbarijiet

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 Jannar 2022
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta