Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Artiklu tal-aħbarijiet5 Jannar 2022Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta1 min qari

Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej jiffinalizza r-rakkomandazzjonijiet għal Ewropa aktar sostenibbli u b’saħħitha

Conference on the Future of Europe

It-tibdil fil-klima, l-ambjent u s-saħħa se jkunu fil-qalba tad-deliberazzjonijiet taċ-ċittadini f’Natolin (Varsavja) bejn is-7 u d-9 ta’ Jannar 2022. Dan il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej se jorganizza t-tielet u l-aħħar sessjoni tiegħu f’format ibridu u se jiffinalizza r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Id-diskussjonijiet ser jibnu fuq il-ħidma taż-żewġ sessjonijiet, li saru fi Strasburgu bejn l-1el u t-3et ta’ Ottubru u online bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru, u jiffokaw fuq is-suġġetti li ġejjin: modi aħjar ta’ għixien; il-ħarsien tal-ambjent tagħna u ta' saħħitna; ir-ridirezzjonar tal-ekonomija u l-konsum tagħna; soċjetà sostenibbli; u l-kura għal kulħadd. 

Dan il-Panel — wieħed mill-erba’ Panels taċ-Ċittadini Ewropej, li jinkludi 200 membri  kull wieħed — huwa proċess immexxi miċ-ċittadini u huwa pedament tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar “Id-Demokrazija Ewropea/Il-Valuri u d-drittijiet, l-istat tad-dritt, is-sigurtà” diġà ta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu matul il-laqgħa f’Firenze f’Diċembru 2021. Żewġ Panels oħra se jsiru fil-bidu tal-2022 f’Maastricht (dwar “L-UE fid-dinja/Il-Migrazzjoni”) u Dublin (dwar “Ekonomija aktar b’saħħitha, ġustizzja soċjali u impjiegi/Edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport/Trasformazzjoni diġitali”). 

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Panel se jiġu ppreżentati u diskussi fil-laqgħa Plenarja tal-Konferenza li jmiss li hi ppjanata għall-21–22 ta’ Jannar 2021. Tmenin rappreżentant tal-Panel (20 minn kull Panel taċ-Ċittadini Ewropej, li mill-inqas terz minnhom għandhom bejn 16 u 25-il sena) huma membri tal-Plenarja tal-Konferenza. Hemmhekk, se jippreżentaw l-eżiti tad-diskussjonijiet rispettivi tagħhom tal-Panel, u jiddibattuhom mal-Membri tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-gvern nazzjonali u tal-parlament, il-Kummissjoni Ewropea, u Membri Plenarji oħra mill-korpi tal-UE, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. 

 

Informazzjoni ta’ sfond: 

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (europa.eu)

Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar “It-tibdil fil-klima, l-ambjent/is-Saħħa”

Il-Tielet Rapport Interim dwar il-Pjattaforma taċ-Ċittadini — Novembru 2021 

Rapport dwar il-kontribuzzjonijiet għal kull Stat Membru — Novembru 2021

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
5 Jannar 2022
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta