Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Stqarrija għall-istampa10 Frar 2022Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta2 min qari

Il-kompetizzjoni għat-tradutturi żgħażagħ tal-UE “Juvenes Translatores” 27 rebbieħ madwar l-Ewropa – Għal Malta, il-Junior College jirbaħ għat-tielet darba in fila

EU Flag

Il-Kummissjoni Ewropea tifraħ lill-27 rebbieħ żagħżugħ tal-konkors tat-traduzzjoni tagħha Juvenes Translatores għall-iskejjel sekondarji, kif imħabbar fl-avveniment online tal-lum. Ir-rebbieħa Maltija hija Sharon Cilia mill-Junior College tal-Università ta’ Malta, li għamlet traduzzjoni mill-Malti għall-Ingliż.

Il-parteċipanti setgħu jagħżlu li jittraduċu bejn kwalunkwe tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Mill-552 kombinazzjoni lingwistika disponibbli, it-2940 traduttur minn 689 skola li ħadu sehemfil-konkors użaw 153, inklużi kombinazzjonijiet inqas komuni bħall-Portugiż għall-Finlandiż għall-Bulgaru għall-Isvediż, u s-Slovakk għall-Grieg.

Il-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni, Johannes Hahn, qal:

“Is-suġġett tal-konkors ta’din is-sena ‘Ejjew naqbdu t-triq it-tajba — lejn futur (aktar ekoloġiku)’ jirrifletti l-intenzjoni tal-UE li taħdem għal Ewropa aħjar, aktar ekoloġika u aktar diġitali. U din is-sena, is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, hija mill-aktar xierqa biex niċċelebraw ir-rebbieħa żgħażagħ u t-talent tat-traduzzjoni tagħhom. Nixtieq nifirħilhom, kif ukoll lill-għalliema tagħhom, u ngħidilhom prosit għall-imħabba tagħhom għal-lingwi.”

It-tradutturi tal-Kummissjoni Ewropea għażlu 27rebbieħ (wieħed għal kull pajjiż tal-UE) minn fost 2,940 student minn madwar l-UE. Barra minn hekk, 219 student irċevew referenzi speċjali għat-traduzzjonijiet eċċellenti tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea se torganizza ċerimonja ta’ premjazzjoni għas-27 rebbieħ qabel is-sajf.

Id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ilu jorganizza l-konkors Juvenes Translatores (“tradutturi żgħażagħ”) kull sena mill-2007. Matul is-snin, il- kompetizzjoni saret esperjenza li tbiddel il-ħajja għal ħafna mill-parteċipanti u r-rebbieħa tagħha. Xi wħud iddeċidew li jistudjaw it-traduzzjoni fl-università, u xi wħud ingħaqdu mad-dipartiment tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bħala trainee jew traduttur full - time .

Sfond

L-għan tal-konkors Juvenes Translatores huwa li jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi fl- iskejjel u li jagħti liż-żgħażagħ idea ta’ xi jfisser li jkun traduttur. Il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-istudenti ta’ 17-ilsena u ssir fl-istess ħin fl-iskejjel kollha magħżulin mill- UE kollha. F’Malta, kull sena jieħu sehem sitt Sixth Forms, u dis-sena pparteċipaw 23 student.

Il-multilingwiżmu, u għalhekk it-traduzzjoni, kienu parti integrali mill-UE minn mindu nħolqu l-Komunitajiet Ewropej għall-ewwel darba. Fl-1958, dan ġie minqux fl-ewwel Regolament li qatt ġie adottat (Kunsill tal-KEE: Regolament Nru 1). Minn dakinhar ’il hawn, l-għadd ta’ ilsna uffiċjali tal-UE żdied minn 4 għal 24, hekk kif aktar pajjiżi ssieħbu fl-UE.

* L-għadd ta’ skejjel parteċipanti minn kull pajjiż tal-UE huwa ugwali għan-numru ta’ siġġijiet li għandu fil-Parlament Ewropew, bl-iskejjel magħżula b’mod aleatorju bil-kompjuter.

Għal aktar informazzjoni:

- Tħabbirtal-konkors
- Is-sitwebta’JuvenesTranslatores - JuvenesTranslatoresInstagram
- @translatores

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 Frar 2022
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta