Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 25 Ġunju 2023
  • Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta
  • 3 min qari

Commissioner Schmit visits projects supporting children and young people in Malta

Commisioner Schmidt

Il-Kummissarju Schmit kien Malta biex jiddiskuti l-kisbiet tal-pajjiż fil-qasam tal-politika soċjali mal-ministri, mal-membri parlamentari u l-imsieħba soċjali, kif ukoll biex iżur proġetti soċjali ffinanzjati mill-FSE, li jgħinu lit-tfal jirnexxu fl-edukazzjoni tagħhom, jidentifikaw u jappoġġaw liż-żgħażagħ bi problemi ta’ saħħa mentali, u li jiżviluppaw servizzi soċjali biex jgħinu lit-tfal jibqgħu mal-familji tagħhom.  

Nagħtu spinta lit-tfal fil-ħiliet diġitali 

L-iskema One Tablet Per Child għandha l-għan li jipprevjeni t-tluq bikri mill-iskola billi jiġu identifikati l-ħtiġijiet tat-tfal u jsir adattament għalihom, u b’hekk jitjiebu r-riżultati edukattivi tagħhom. Sa mill-bidu tal-proġett, tqassmu kważi 11 500 tablet. Barra minn hekk, il-proġett ipprovda taħriġ għall-edukaturi, kontenut diġitali, headsets tar-realtà virtwali, pinen li jaqraw l-eżamijiet, għodod tal-intelliġenza artifiċjali biex jivvalutaw l-istudenti kif ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-ġenituri. Il-proġett joffri klassijiet ta’ rkupru biex ikompli jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola u tittejjeb il-prestazzjoni tal-istudenti fir-riskju; fl-2022, ġew appoġġati aktar minn 1 000 student.  B’baġit tal-FSE+ ta’ EUR 13.5 miljun matul il-perjodu ta’ finanzjament 2021–2027, One Tablet Per Child se tiffoka fuq l-iskejjel sekondarji, bl-għan li tilħaq aktar minn 18 000 student u aktar minn 6 000 għalliem. 

Identifikazzjoni bikrija tal-ħtiġijiet tas-saħħa mentali  

Il-Fondazzjoni Richmond toffri appoġġ komprensiv lill-persuni għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali, kif ukoll lill-familji u lill-qraba tagħhom. L-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew ippermetta lill-programm jestendi s-servizzi, biex b’hekk jiżgura li n-nies jirċievu assistenza mmirata kmieni kemm jista’ jkun. Korsijiet kofinanzjati, bl-għan li jiġu identifikati malajr problemi ta’ saħħa mentali fost l-adolexxenti u ż-żgħażagħ iżidu l-ċ-ċans li persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jintegraw b’suċċess fis-soċjetà. It-taħriġ huwa aċċessibbli għal kulħadd: għall-edukaturi, għall-ġenituri u għaż-żgħażagħ infushom. Kważi 50–75% tal-problemi tas-saħħa mentali huma ġeneralment preżenti fost dawk ta’ bejn 15-il sena u l-20 sena, u għalhekk it-trattament attiv u bikri huwa vitali biex jiġi stabbilit innetwork tal-kura li dawk affettwati għandhom bżonn biex jirnexxu fil-komunitajiet tagħhom.  

Wara li żar il-Fondazzjoni, il-Kummissarju Schmit qal: “Ninsab partikolarment kuntent li żort il-Fondazzjoni Richmond, li taħdem fil-qasam tas-saħħa mentali. Kburi li l-UE tgħin biex tiffinanzja proġetti importanti bħal dan.” 

Kura bbażata fil-komunità għall-familji vulnerabbli  

Il-Kummissarju Schmit iltaqa’ wkoll ma’ rappreżentanti tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, li timplimenta l-proġett kofinanzjat mill-FSE dwar is-Servizzi Terapewtiċi Bbażati d-Dar. Dawn is-servizzi jappoġġaw lill-familji u lill-individwi li jesperjenzaw vjolenza, faqar, abbuż, mard fiżiku u mentali, kif ukoll problemi relatat mal-abbuż u nnegliġenza tat-tfal. Filwaqt li jaħdmu biex jippreservaw il-familji u l-unitajiet domestiċi, minflok iżommu enfasi medika, imorru għal approċċ aktar ħolistiku li jintegra l-appoġġ soċjali, il-psikoterapija, u l-programmi ta’ ħiliet għall-ġenituri, u b’hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn it-tfal ikollhom jitqiegħdu f’istituzzjonijiet.  

Appoġġ tal-FSE+ għall-inklużjoni soċjali f’Malta 

Il-FSE+ 2021–2027 il-ġdid f’Malta huwa impenjat li jtejjeb l-inklużjoni soċjali u jappoġġa lill-gruppi vulnerabbli. L-UE se tinvesti €124.4 miljun f’fondi tal-FSE+ f’Malta biex tappoġġa proġetti li jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-aċċess għall-impjiegi u l-kura tas-saħħa. Minn dan il-baġit totali, €32.5 miljun (26.1%) se jkunu ddedikati għal interventi ta’ inklużjoni soċjali bħall-inklużjoni attiva ta’ persuni b’diżabilità, miżuri għal tfal żvantaġġati, l-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, u miżuri kontra d-diskriminazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.  Linvestimenti tal-FSE+ se jappoġġaw lil Malta biex tilħaq il-miri soċjali tagħha għall-2030 li żżid ir-rata tal-impjiegi għal 84.6%, iżżid il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim għal 57.6% u tnaqqas l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali bi 3.3%.

Links relatati

Il-FSE+ f’Malta

Proġetti ffinanzjati mill-FSE f’Malta

Garanzija Ewropea għat-Tfal

One Tablet Per Child

L-Ewwel Għajnuna għas-Saħħa Mentali (Fondazzjoni Richmond)

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
25 Ġunju 2023
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta