
Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, tinsab Malta, fejn se tiltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-gvern biex tiddiskuti l-ugwaljanza u d-drittijiet LGBTIQ. Se tipparteċipa wkoll fl-EuroPride 2023, li se ssir din is-sena fil-Belt Valletta.
Illejla, il-Kummissarju Dalli se tagħti diskors ewlieni fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-EuroPride Valletta 2023, li se timmarka l-bidu tad-diversi avvenimenti li se jibqgħu għaddejin sas-17 ta’ Settembru. Nhar l-14 ta’ Settembru, se tagħti d-diskors tal-ftuħ fil-Konferenza dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-LGBTQ+. L-għada, il-Kummissarju Dalli se jkollha diversi laqgħat bilaterali ma' rappreżentanti ta' gvernijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Fl-aħħar jum taż-żjara tagħha, fis-16 ta’ Settembru, il-Kummissarju Dalli se tieħu sehem fil-parata uffiċjali tal-EuroPride 2023.
Ir-ritratti se jkunu disponibbli fuq il-Portal Awdjoviżiv tal-Kummissjoni. Għal aktar dettalji, żur is-sit web.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 7 Settembru 2023
- Awtur
- Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta