Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Mejju 2022
  • Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta
  • 1 min qari

Tassazzjoni fuq il-karozzi: Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tressaq lil MALTA quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba l-leġiżlazzjoni tagħha dwar it-taxxa annwali ta' ċirkolazzjoni

Car Malta

Illum il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq lil Malta[INFR(2018)2362] quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli tintaxxa karozzi użati importati minn Stati Membri oħra b'mod aktar sever mill-karozzi użati mixtrija fis-suq Malti.

Fin-nuqqas tal-armonizzazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi, kull Stat Membru jista' jirranġa l-miżuri fiskali tiegħu skont il-valutazzjonijiet tiegħu stess. Madankollu, l-Artikolu 110 tat-TFUE jeħtieġ li kull Stat Membru jagħżel u jagħmel arranġamenti għat-taxxi fuq il-karozzi b'tali mod li ma jkollhomx l-effett li jippromwovu l-bejgħ ta' karozzi użati domestiċi u b'hekk jiskoraġġixxu t-trasferiment ta' karozzi użati simili minn Stati Membri oħra.

Bħalissa, il-karozzi rreġistrati għall-ewwel darba f'Malta mill-1 ta' Jannar 2009 huma soġġetti għal taxxa annwali ta' ċirkolazzjoni ġeneralment ogħla minn dawk irreġistrati qabel dik id-data, minħabba d-differenza fil-mod kif tiġi kkalkulata t-taxxa, fil-kuntest ta' riorganizzazzjoni tas-sistema ta' tassazzjoni fuq il-karozzi f'Malta.

Madankollu, is-sistema Maltija ta' tassazzjoni fuq il-karozzi ma tqisx id-data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura, meta r-reġistrazzjoni tkun saret fi Stat Membru ieħor, izda d-data tar-reġistrazzjoni f'Malta. B'riżultat ta' dan, vetturi rreġistrati fi Stati Membri oħra qabel l-1 ta' Jannar 2009 u miġjuba Malta wara dik id-data huma soġġetti għal taxxa ta' reġistrazzjoni annwali ogħla minn vetturi simili diġà rreġistrati f'Malta qabel dik id-data.

Dan l-effett diskriminatorju mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 110 tat-TFUE, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni kontra prodotti importati.

Kuntest

Fid-9 ta' Ġunju 2021 il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lill-Awtoritajiet Maltin li fiha talbithom formalment biex jemendaw din il-leġiżlazzjoni, fi żmien xahrejn.

It-tweġiba mogħtija minn Malta għal din l-opinjoni motivata ma tqisitx sodisfaċenti.

Għal Aktar Informazzjoni

Link għall-MEMO

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
19 Mejju 2022
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta