Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Visit of Ursula von der Leyen, President of the European Commission, to Romania
It-tiswir tal-Futur Diġitali tal-Ewropa

Il-ħolqien ta’ Ewropa adattata għall-era diġitali hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea għall-2019–2024

L-importanza tat-teknoloġija, il-konnettività u ċ-ċibersigurtà fil-ħajja ta’ kuljum ġiet enfasizzata mill-pandemija tal-COVID-19. L-introduzzjoni ta’ lockdowns għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-virus fissret li s-soċjetà saret dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali bħal qatt qabel.

Fi sforz biex jiġu salvati l-ħajjiet u tittaffa l-pressjoni fuq l-isptarijiet, miljuni ta’ nies bdew jaħdmu mill-bogħod mid-dar filwaqt li ħafna mill-attivitajiet tax-xiri, is-soċjalizzazzjoni u t-tagħlim tagħna saru bl-użu ta’ kompjuters u apparat mobbli.

Anke servizzi pubbliċi kruċjali saru aċċessibbli online u l-pandemija pprovdiet ħarsa ġenerali kemm tal-possibbiltajiet kif ukoll tal-vulnerabbiltajiet potenzjali tat-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni.

Din kienet esperjenza ġdida għal ħafna, iżda anke qabel ma l-coronavirus laqat lill-Kummissjoni Ewropea, kienet diġà għamlet il-ħolqien ta’ Ewropa adattata għall-era diġitali waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha għall-2019–2024.

Il-Ħajja Diġitali ta’ Malta

Strateġija diġitali għal Malta

Deċennju Diġitali

Il-protezzjoni tad-data

Kuljum, jgħaddu minn fuq l-internet terabytes ta’ informazzjoni, inkluża data personali privata.

Skont ir-regoli tal-UE, id-data personali tista’ tinġabar biss għal skop leġittimu, taħt kundizzjonijiet legali stretti, u kull min jiġbor u jimmaniġġja informazzjoni personali jrid jipproteġiha minn użu ħażin.

Il-protezzjoni tad-data ġiet imtejba madwar l-UE fl-2018 permezz tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). Dan ir-regolament jagħti lill-individwi d-dritt li jitolbu kopja lil kwalunkwe organizzazzjoni tad-data personali li tista’ tkun qed iżżomm dwarhom. Iċ-ċittadini għandhom ukoll id-dritt li d-data tagħhom titħassar malajr skont il-GDPR, u l-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet iridu jsegwu regoli stretti fir-rigward tal-ipproċessar tad-data.

Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppreżentaw Strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà.

L-istrateġija l-ġdida għandha l-għan li tissalvagwardja Internet globali u miftuħ billi tiżviluppa għodod li jiżguraw is-sigurtà u jipproteġu l-valuri Ewropej kif ukoll id-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd.

Il-protezzjoni tad-data fl-UE

Sentejn tal-GDPR

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà

Il-Kummissarju għat-Tagħrif u l-Protezzjoni tad-Data, Malta

 

Azzjonijiet Diġitali