Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Artiklu tal-aħbarijiet10 Jannar 2024Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta4 min qari

Il-Kummissjoni tagħti liż-żgħażagħ vuċi aktar qawwija fit-tfassil tal-politika tal-UE bħala legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ

youth

Iż-żgħażagħ Ewropej se jkollhom influwenza akbar fuq il-politiki tal-UE. Filwaqt li tibni fuq il-kisbiet tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, illum il-Kummissjoni ħabbret diversi azzjonijiet li jagħtu vuċi akbar liż-żgħażagħ fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom u japprofondixxu d-dimensjoni taż-żgħażagħ f'firxa ta' politiki tal-UE.

Dawn l-azzjonijiet ipoġġu l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-attenzjoni u jinvolvuhom b'mod sinifikanti qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 u lil hinn.

Riflessjoni tal-perspettiva taż-żgħażagħ fil-politiki tal-UE

Meta tfassal il-politiki tal-UE, il-Kummissjoni se tapplika “kontroll taż-żgħażagħ” li se jiżgura li l-impatt ta' dawn il-politiki fuq iż-żgħażagħ jitqies b'mod sistematiku. Dan se jsir billi jiġi żgurat li l-potenzjal tal-għodod eżistenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, inklużi l-konsultazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt, jintuża kollu.

Dawn l-għodod se jiġu kkomplementati b'diversi strumenti speċifiċi għaż-żgħażagħ taħt L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019–2027. Inizjattivi oħra li jimxu id f'id mal-kontroll taż-żgħażagħ jinkludu djalogi ta' politika bejn iż-żgħażagħ u l-Kummissarji, sensiela ta' diskussjonijiet madwar mejda ddedikati għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ u pjattaforma ġdida tal-partijiet ikkonċernati taż-żgħażagħ li se tiffaċilita skambju kontinwu mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi taż-żgħażagħ, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra tal-UE. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ ukoll id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, l-akbar mekkaniżmu ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa li jallinja aktar mill-qrib il-fokus tad-djalogu mal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

L-indirizzar tat-tħassib taż-żgħażagħ fl-oqsma ta' politika ewlenin

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ressqet diversi azzjonijiet konkreti li jindirizzaw it-tħassib taż-żgħażagħ f'ħames oqsma ta' politika li huma ta' rilevanza ewlenija għalihom: is-saħħa u l-benesseri, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-valuri Ewropej, u l-impjiegi u l-inklużjoni.

Bħala parti minn dawn il-miżuri, il-Kummissjoni, pereżempju se:

  • Tkompli bil-ħidma lejn lawrja Ewropea konġunta fl-2024, f'konformità mal-Istrateġija Ewropea għall-Universitajiet;
  • Tistabbilixxi pjattaforma għal djalogu u konsultazzjonijiet regolari mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ madwar id-dinja permezz tal-Pjattaforma ta' Djalogu maż-Żgħażagħ fl-azzjoni esterna tal-UE;
  • Taġġorna l-qafas ta' kwalità tagħha għat-traineeships fl-2024 biex tindirizza kwistjonijiet inklużi r-remunerazzjoni ġusta u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali;
  • Tħejji linji gwida dwar il-benessri fl-iskejjel, li għandhom jiġu ppubblikati fl-2024;
  • Tikkomunika maż-żgħażagħ permezz tal-kampanja li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-klima u d-demokrazija qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024;
  • Iżżid l-opportunitajiet ta' volontarjat għaż-żgħażagħ biex jindirizzaw it-tranżizzjoni ekoloġika, billi żżid is-sejħa tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tal-2024 fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa; 
  • Tkompli timplimenta l-inizjattiva ALMA (aim, learn, master, achieve) biex tgħin liż-żgħażagħ żvantaġġati ta' bejn it-18 u d-29 sena jintegraw fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim marbuta max-xogħol f'pajjiżi oħra.

Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2024

Bħala parti mill-isforz tal-Kummissjoni biex tqarreb lill-UE lejn iż-żgħażagħ, il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ tal-2024 se ssir mit-12 sad-19 ta' April u se tiffoka fuq il-parteċipazzjoni demokratika u l-elezzjonijiet, xahrejn qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-ġimgħa se tiċċelebra u tippromwovi l-involviment taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva permezz ta' sensiela ta' attivitajiet madwar l-Ewropa kollha.

Sfond

L-azzjonijiet imħabbra llum huma bbażati fuq l-esperjenza tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022. Is-Sena kienet tinkludi aktar minn 13 000 attività organizzati minn aktar minn 2 700 parti kkonċernata madwar l-UE u lil hinn minnha, fosthom l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri tal-UE, l-organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ u għalihom, u ż-żgħażagħ infushom. Bħala parti mis-Sena, il-Kummissjoni identifikat aktar minn 130 inizjattiva ta' politika għaż-żgħażagħ, li ħafna minnhom ġew żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib magħhom.

L-azzjoni tal-lum biex tappoġġa dimensjoni taż-żgħażagħ fil-prijoritajiet u l-politiki tal-UE twieġeb għat-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ewlenin tal-partijiet ikkonċernati bħall-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ.

Għal Aktar Informazzjoni

Deċiżjoni dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022

L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027

Is-sena Ewropea taż-Żgħażagħ — Vidjow dwar il-wirt

Infographic - European Year of Youth

Deċiżjoni dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022

X'inhi s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ?

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 Jannar 2024
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta