Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Jiem ta’ informazzjoni

TraTra – skola tas-sajf tat-traduzzjoni

TraTra huwa programm uniku u innovattiv ta’ erbat ijiem li fih iż-żgħażagħ li temmew l-ewwel jew it-tieni sena tas-sixth form se jitgħallmu aktar dwar is-sengħa tat-traduzzjoni permezz ta’ eżerċizzji prattiċi, taħditiet u workshops minn tradutturi mistednin minn oqsma differenti (ġenerali, proża, poeżija u traduzzjoni awdjo-viżiva). Il-parteċipanti se jkollhom ukoll l-opportunità li jagħmlu xogħol individwali bl-għajnuna tat-tuturi tal-kors. 

Dan il-programm, li se jsir bejn l-4 u s-7 ta’ Settembru 2023, f’Dar l-Ewropa l-Belt Valletta, huwa parti mill-programm tat-Translating Europe Workshops organizzati mid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Din hija l-ewwel darba li programm ta’ din ix-xorta dwar it-traduzzjoni qed jittella’ f’dan il-qafas, u l-għan huwa li jrawwem it-tradutturi ta’ għada u jiżviluppa l-ħiliet li jintużaw fit-traduzzjoni. 

  • ħiliet tal-lingwa
  • It-Tnejn 4 ta' Settembru 2023, 10.00 - Il-Ħamis 7 ta' Settembru 2023, 14.00 (CEST)
  • il-Belt Valletta , Malta

Informazzjoni prattika

Meta
It-Tnejn 4 ta' Settembru 2023, 10.00 - Il-Ħamis 7 ta' Settembru 2023, 14.00 (CEST)
Fejn
Dar l-Ewropa,
254, Triq San Pawl,, il-Belt Valletta, Malta
Lingwi
Malti, Ingliż
Social media links

Deskrizzjoni

Kuntatti

Kuntatt ġenerali

David Schembri

Isem
David Schembri
Email
DGT-VALLETTAatec [dot] europa [dot] eu