Tixtieq tittraduċi mal-UE?
L-Unjoni Ewropea għandha bżonn it-tradutturi għall-Malti, u fit-3 ta’ Diċembru se tiftaħ kompetizzjoni biex permezz tagħha tagħżel tradutturi biex jaħdmu magħha.
Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta se tilqa’ lil mistiedna speċjali mill-kwartieri tagħha fi Brussell u l-Lussemburgu: Koen Hendrix, mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u Reuben Seychell u Ian Zammit mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni fil-Lussemburgu, li se jispjegaw kif taħdem il-kompetizzjoni, u x’jinvolvi x-xogħol. Se jkun hemm ċans ukoll li l-pubbliku jitkellem ma’ tradutturi mid-DĠT.
Programm:
17:30-18:45 – Preżentazzjoni dwar il-kompetizzjoni – Koen Hendrix, EPSO
18:45-19:00 – Waqfa żgħira għall-kafè
19:00-20:00 – Ix-xogħol tat-tradutturi mal-Kummissjoni Ewropea – Rappreżentanti tad-DGT
Minħabba raġunijiet tas-sigurtà, ir-reġistrazzjoni għal din l-attività hija meħtieġa. Nitolbu lil min jirreġistra jġib miegħu dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali miegħu bħall-karta tal-identità jew il-passaport.
Ħoloq utli:
- industrija tal-lingwi | traduzzjoni
- Il-Ħamis 5 ta' Diċembru 2024, 17.30 - 20.00 (CET)
- Valletta, Malta
Informazzjoni prattika
- Meta
- Il-Ħamis 5 ta' Diċembru 2024, 17.30 - 20.00 (CET)
- Fejn
- Dar l-Ewropa254 Triq San Pawl, Valletta VLT 1215, Malta
- Lingwi
- Malti, Ingliż
- Social media links
Deskrizzjoni
