
Nesploraw Flimkien it-Teżori tal-Baħar! hija kampanja promozzjonali mnedija mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura bi sħab mad-Dipartiment tal-Kurrikulu, Riċerka, Innovazzjoni u Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, it-tnejn li huma jaqgħu taħt il-mandat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Flimkien, il-promoturi tal-proġett żviluppaw video clip edukattiv tal-kartuns animati akkumpanjat minn ktieb edukattiv illustrat u pupazz bl-ingwanti tal-mascot tal-kampanja. Dawn ir-riżorsi edukattivi tqassmu fl-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex u mistennija jiġu utilizzati bħala riżorsi ta’ tagħlim primarju (sena 3 u sena 4) fis-snin skolastiċi li ġejjin.
Il-kampanja, minbarra li timmira lit-tfal tal-iskola primarja, timmira lejn il-pubbliku ġenerali permezz tax-xandir ta’ reklami fuq diversi pjattaformi tal-midja tal-massa. Fl-aħħar ta’ Ġunju, 2018 ġie organizzat open-weekend, fejn partijiet interessati differenti ġew mistiedna jxerrdu l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali.
Il-kampanja fittxet li tikkomunika tliet messaġġi prinċipali:
(i) Għarfien tal-istat tal-istokkijiet tal-ħut lokali;
(ii) Konsum sostenibbli tal-ħut;
(iii) Ir-rwol ta' kull individwu biex jassisti l-isforzi ta' konservazzjoni.
Fond Relatat:
European Maritime and Fisheries Fund (EMFF) 2014-2020
Spiża:
€250,000
Benefiċjarju:
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima