Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
Konferenzi u summits

Niktbu għal kulħadd: il-lingwa inklużiva u l-kontenut aċċessibbli f’Malta

  • Il-lingwa Maltija kif tista' tintuża biex tkun aktar inklużiva?

  • Dak li qed niktbu, huwa aċċessibbli għal kulħadd?

  • Qegħdin, mingħajr ma nafu, nonqsu lil gruppi ta' nies permezz ta' dak li niktbu u kif nippreżentawh?


Ingħaqdu magħna għal din il-konferenza li fiha se nesploraw dawn it-temi u aktar bis-saħħa ta' esperti dinjija u professjonisti fis-suġġett, permezz ta’ preżentazzjonijiet u workshops prattiċi.

Jippreżentaw: Prof. Jorge Díaz-Cintas (CenTraS, UCL), Dr Giselle Spiteri Miggiani (Department of Translation, Terminology and Interpreting Studies, UM) u Romario Sciberras (Dipartiment tal-Malti, UM). Tiftaħ il-konferenza l-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, Dr Helena Dalli. Aktar dettalji fl-aġenda bilingwi.

Il-preżentazzjonijiet se jixxandru online u se jkun hemm interpretar mill-Malti għall-Ingliż u għal-lingwa tas-sinjali Maltija fis-sala.

Din l-attività hija parti mill-kalendarju ta’ Translating Europe Workshops organizzati mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, u qed tittella’ bi sħab mad-Dipartimenti tal-Malti u d-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar fl-Università ta' Malta.


 

Pubblikazzjonijiet ġenerali29 Novembru 2023
Programme

 

  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • Is-Sibt 2 ta' Diċembru 2023, 09.00 - 13.00 (CET)
  • Il-Belt Valletta, Malta

Informazzjoni prattika

Meta
Is-Sibt 2 ta' Diċembru 2023, 09.00 - 13.00 (CET)
Fejn
Aula Magna, University of Malta Valletta Campus
Triq San Pawl, Il-Belt Valletta VLT 1217, Malta
Lingwi
Ingliż, Malti

Deskrizzjoni

Kuntatti

Kuntatt ġenerali

David Schembri

Isem
David Schembri
Email
DGT-VALLETTAatec [dot] europa [dot] eu