B’suq intern potenzjali ta’ 450 miljun konsumatur, l-Unjoni Ewropea hija wieħed mill-akbar swieq fid-dinja.
Bis-saħħa tas-Suq Uniku, il-kumpaniji Maltin, ikun xi jkun id-daqs tagħhom, huma parti minn dan il-qasam kummerċjali dinamiku tal-UE li jrawwem it-tkabbir ekonomiku, joħloq l-impjiegi u jiffaċilita n-negozju.
It-tmexxija ta’ negozju żgħir jew medju fl-UE
In-negozji żgħar u medji jimpjegaw tnejn minn kull tliet ħaddiema, u joħolqu 85% tal-impjiegi ġodda kollha fl-UE. Huma parti integrali mill-ekonomija tal-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi informazzjoni, appoġġ u sorsi ta’ finanzjament biex tgħinhom jiżviluppaw u jikbru. B’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu:
- Jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi madwar l-UE mingħajr ostakli doganali jew regolatorji;
- Isserrħu fuq l-appoġġ u s-solidarjetà mill-UE meta ffaċċjati minn sfidi bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-Brexit;
- Igawdu mis-setgħa tan-negozjar kollettiv tal-UE, li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq globali permezz ta’ ftehimiet kummerċjali nnegozjati ma’ pajjiżi u reġjuni oħra.

Finanzjament mill-UE u appoġġ finanzjarju għan-negozji
Kull sena l-UE tappoġġa aktar minn 200,000 negozju u intraprenditur permezz ta’ self għan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta’ riskju. Id-deċiżjoni li jiġi pprovdut finanzjament tal-UE normalment issir minn istituzzjonijiet finanzjarji lokali bħal banek, kapitalisti tar-riskju jew investituri informali.
Informazzjoni dwar il-fondi tal-UE u l-proċeduri għan-negozju
Il-Pjan ta' rkupru ta' Malta
Informazzjoni dwar in-negozju u netwerks ta’ appoġġ
Firxa sħiħa ta’ informazzjoni dwar kif tibda u kif tmexxi negozju attiv jew negozju ġdid fl-UE, ir-regoli u l-proċeduri tat-tassazzjoni, ir-riżorsi umani, ir-rekwiżiti tal-prodotti, il-finanzjament u l-fondi, u kmal-klijenti.
Netwerk ta’ avukati indipendenti li huma familjari kemm mal-liġi tal-UE kif ukoll mal-liġi nazzjonali fil-pajjiżi kollha tal-UE, li jipprovdi:
- feedback b’xejn u personalizzat bil-lingwa tal-UE tal-għażla tiegħek, fi żmien ġimgħa
- kjarifiki dwar il-liġi Ewropea li tapplika fil-każ tiegħek
- informazzjoni dwar kif tista’ teżerċita drittijietek fl-UE.
Regoli jew deċiżjonijiet inġusti u burokrazija diskriminatorja jistgħu jagħmluha diffiċli biex wieħed jgħix, jaħdem jew jagħmel negozju f’pajjiż ieħor tal-UE. Għalhekk, jekk bħala ċittadin jew negozju tal-UE tiffaċċja ostakli f’pajjiż ieħor minħabba li awtorità pubblika mhix qed tagħmel dak li hu meħtieġ skont il-liġi tal-UE... SOLVIT jista’ jgħinek.
Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ
Jgħin biex jipprovdi lill-intraprendituri Ewropej aspiranti bil-ħiliet meħtieġa biex jibdew u/jew imexxu b’suċċess negozju żgħir fl-Ewropa, permezz ta’ taħriġ u mentoraġġ fuq il-post tax-xogħol.
Portal iddedikat għall-esportaturi u l-importaturi potenzjali u eżistenti tal-UE biex isibu informazzjoni dettaljata dwar id-dazji, it-taxxi, ir-regoli u r-rekwiżiti tal-prodotti għall-pajjiżi kollha tal-UE u aktar minn 120 suq ieħor madwar id-dinja.
Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni tar-Raggruppamenti
Għodda ta’ tqabbil online biex jinstabu sħab kummerċjali għal kull pajjiż, reġjun, settur jew ekosistema industrijali.
L-impjiegi u l-affarijiet soċjali tal-UE
Informazzjoni, aħbarijiet u avvenimenti dwar l-istrateġija u l-politiki tal-UE dwar l-impjieg, inklużi d-drittijiet, il-ħiliet u l-kwalifiki tal-ħaddiema, il-mobbiltà, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni.
Helpdesk tal-Proprjetà Intellettwali Ewropea
Servizz immedjat tal-proprjetà intellettwali (IP) li jipprovdi appoġġ mingħajr ħlas biex jgħin lill-SMEs Ewropej u l-benefiċjarji ta’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE jimmaniġġjaw l-IP tagħhom fil-kuntest ta’ negozju transnazzjonali jew programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE.
