Ir-riżorsi diġitali għall-Ilsien Malti jeħtieġu x-xogħol u l-attenzjoni, u mod wieħed li bih nistgħu ntejbu r-riżorsi online għal ilsienna huwa permezz tal-Wikizzjunarju.
Il-Komunità Wikimedia Malta għaddejja b’ħidma biex torqom il-kollezzjoni ta’ kliem li jinsabu fil-Ġabra biex imbagħad jiġu impurtati fil-Wikidata. Eventwalment, dawn se jkunu jistgħu jiddaħħlu fil-Wikizzjunarju, li hija riżorsa aċċessibbli u qawwija li se ssaħħaħ il-preżenza diġitali tal-Malti u sservi ta’ għajnuna għal min juża l-Malti.
F’din l-attività, se jkollna taħriġ mingħand Dr Marc Tanti mill-Università ta’ Malta u membri minn Wikimedia Community Malta dwar il-lessemi fil-kuntest tal-Wikidata. Wara t-taħriġ, se nagħmlu editatona li fiha se ntejbu l-Ġabra billi noħolqu lessemi fuq Wikidata biex eventwalment jinħoloq il-Wikizzjunarju bil-Malti.
Tixtieq tkun parti mill-iżvilupp diġitali tal-Malti?
Qegħdin infittxu nies b’għarfien tajjeb tal-Malti, li jafu jużaw il-kompjuter u li fuq kollox għandhom għal qalbhom il-Malti biex ikunu parti minn dan il-proġett. Nieħdu gost ħafna jekk magħna jkollna:
- Studenti u gradwati tal-Malti
- Akkademiċi
- Qarrejja tal-provi tal-Malti
- Tradutturi
- Kittieba
- U nies li jixtiequ jgħinu bi kwalunkwe mod li jistgħu
L-attività se tkun waħda pjuttost informali fi spirtu ta’ ħbiberija u kollaborazzjoni. Għall-editatona, se jkun hemm bżonn li l-parteċipanti jġibu l-kompjuter personali tagħhom. Kull min jiġi jkollu bżonn juri l-karta tal-identità mal-bieb.
Huwa importanti wkoll li qabel l-attività, joħolqu kont tal-Wikipedija sabiex ikunu jistgħu jaħdmu.
10:00-10:30 – Nibdew bil-mod
10:30-12:00 - Daħla għad-dinja tal-Wiki u għodda oħra - Wikimedia Community Malta
Intejbu l-Ġabra u noħolqu lessemi fuq Wikidata – Dr Marc Tanti, Università ta’ Malta
12:00-13:00 – Waqfa għall-ikel (ipprovdut minn WCM għal min se jattendi l-Editatona biss)
13:00-15:30 – Editatona (ġib laptop miegħek)
Ġib miegħek karta tal-identità jew passaport għad-dħul f'dar l-Ewropa.
- European Commission
- Saturday 25 February 2023, 10:00 - 15:30 (CET)
- Valletta., Malta
Practical information
- When
- Saturday 25 February 2023, 10:00 - 15:30 (CET)
- Where
- Dar L-Ewropa254 Triq San Pawl, Valletta. VLT 1215, Malta
- Languages
- Maltese
- Social media links