Skip to main content
Representation in Malta
  • Exhibitions

Ħoss il-Malti

Dettalji: Data: 21/02/2024 Ħin: 19:00-23:00 Post: Storeroom, 7, Ix-Xatt Ta' Xbiex, Ta’ Xbiex

Ħoss il-Malti magħna!  

Serata ta' mużika bil-Malti biss biex niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna. Minbarra l-playlist ta' mużika bil-Malti mill-imgħoddi sal-lum, se jkun hemm sets ta' Kym Pepe flimkien ma' Jimmy u Ryen, u ta' Noah u Maya minn Karmaġenn. Dħul b'xejn. Ħoss il-Malti hija organizzata mill-Uffiċċju tal-Lingwa fi ħdan ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta.  

Artisti :

KYM PEPE hija waħda mill-esponenti ewlenin tal-pop alternattiv bil-Malti, b’kant li jsaħħrek akkumpanjat minn ħoss electro-pop, bi traċċi ta’ melankolija li jfakkruna fil-kantawtorjat Taljan. Wara snin bħala kantanta mal-grupp Brikkuni, fl-2020 għamlet id-debutt tagħha bħala solista bl-EP Kun, li ġie segwit mid-diski Armier u Mill-Bidu. Kym se tkun akkumpanjata minn Jimmy Bartolo u Ryen Refalo.  

KARMAĠENN huwa proġett mużikali ta’ Noah Fabri bl-involviment ta’ bosta mużiċisti mix-xena lokali. Iż-żewġ albums li ħarġu s’issa, Karmaġenn (2019) u Urbanali (2023) iżewġu ritratti tas-soċjetà kontemporanja Maltija, spiss mil-periferija, mal-esperimentazzjoni mużikali mnebbħa minn għadd ta’ ġeneri. F’Ħoss il-Malti, idoqqu Noah u Maya Aarohi. 

  • language industry | translation | multilingualism
  • Wednesday 21 February 2024, 19:00 - 23:00 (CET)
  • Ta' Xbiex, Malta

Practical information

When
Wednesday 21 February 2024, 19:00 - 23:00 (CET)
Where
Storeroom
7, Ix-Xatt Ta' Xbiex,, Ta' Xbiex, Malta
Languages
Maltese

Description