
Fir-rapport li se jiġi ppubblikat fis-17 ta’ Marzu se jitqiesu biss il-kontributi li jitpoġġew fuq il-pjattaforma sal-20 Frar. Dan biex jiġi żgurat li r-rapport ikun jista’ jiġi ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha u jikkontribwixxi għall-Plenarji tal-Konferenza u l-Gruppi ta’ Ħidma.
Iżda xorta se jkollok il-possibbiltà li tikkontribwixxi fuq il-pjattaforma wara dik id-data biex id-dibattitu jkun jista’ jkompli online. Se jitħejja rapport li jiġbor fil-qosor dawn il-kontributi wara d-9 ta’ Mejju.
Diġà tħejjew tliet rapporti interim fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi minn mindu bdiet il-Pjattaforma f’April 2021 li kkontribwew għall-ħidma tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u nazzjonali u l-Plenarji tal-Konferenza. L-aħħar żewġ sessjonijiet tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej se jsiru mill- 11 sat-13 ta’ Frar u mill-25 sas-27 ta’ Frar.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 9 Frar 2022
- Awtur
- Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta