
Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim politiku biex jiġi żgurat li l-vjaġġaturi tal-UE jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw mir-roaming b’xejn.
Ir-regolament il-ġdid se jtawwal sal-2032 is-sistema eżistenti li permezz tagħha ċ-ċittadini ma jistgħux ikunu soġġetti għal tariffi żejda għal telefonati jew data użati waqt li jkunu qed jivvjaġġaw fl-UE u se jġib miegħu wkoll vantaġġi ġodda.
Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet: Mill-2017 gawdejna t-tmiem tat-tariffi tar-roaming. U llum żgurajna li nistgħu nżommu dawn il-benefiċċji għal 10 snin oħra biex nibqgħu konnessi u nċemplu, nibagħtu messaġġi u nduru l-internet mingħajr spejjeż żejda, meta nivvjaġġaw fl-UE. Fl-istess ħin, b’dan ir-regolament il-ġdid intejbu wkoll il-kwalità tal-esperjenza tar-roaming.
Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal: Btajjel fil-Greċja, l-Awstrija jew il-Bulgarija. Klijenti jew fornituri qed iżuru l-Italja jew l-Estonja... Is-safar mingħajr ma jkollok għalfejn toqgħod tinkwieta dwar il-kontijiet tat-telefown hija parti tanġibbli mill-esperjenza tas-Suq Uniku tal-UE għall-Ewropej kollha. Illum mhux biss qed niżguraw li din l-esperjenza tkompli, iżda qed naġġornawha: kwalità aħjar, servizzi aħjar, aktar trasparenza.
Stqarrija għall-istampa sħiħa
Aktar tagħrif
Mistoqsijiet u Tweġibiet Aġġornati dwar ir-Regolament il-ġdid dwar ir-Roaming
Mistoqsijiet u Tweġibiet | Roaming
Rapporti u Studji dwar Roaming
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 9 Diċembru 2021
- Awtur
- Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta