Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Representation in Malta

Il-Kummissjoni tniedi mewġa ġdida ta’ ċentri EUROPE DIRECT (madwar 400 mal-UE kollha)

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 12 Diċembru 2025
  • Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta
  • 1 min qari
Aerial views of European Union Capitals - Valletta, Malta

Fl-1 ta’ Jannar 2026 se tibda topera ġenerazzjoni ġdida ta’ ċentri EUROPE DIRECT mal-UE kollha. Dawn se joperaw għal 5 snin sal-31 ta’ Diċembru 2030.

 

Iċ-ċentri EUROPE DIRECT f’Malta huma parti minn network Ewropew li jgħin biex iressaq lin-nies aktar qrib l-UE u jiffaċilita l-involviment f’dibattiti dwar il-futur tal-UE.  Mal-UE, se jkun hemm total ta’ ftit aktar minn 400 ċentru Europe Direct magħżulin permezz ta’ sejħa għal proposti f’kull pajjiż.

 

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta għandha l-pjaċir tħabbar li ż-żewġ Ċentri EUROPE DIRECT li se jkunu qed joperaw f’Malta u f’Għawdex huma SEM – Servizzi Ewropej f’Malta u l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex (GBC - Gozo Business Chamber).

 

Iż-żewġ ċentri EUROPE DIRECT li joperaw fil-gżejjer Maltin jistgħu jiġu kkuntattjati kif ġej:

 

Europe Direct Valletta

SEM – Servizzi Ewropej f’Malta

280, Triq ir-Repubblika, Valletta VLT 1112

edvalletta [dot] sematgov [dot] mt (edvalletta[dot]sem[at]gov[dot]mt)    

+356 2779 7320

 

Europe Direct Għawdex

Gozo Business Chamber (GBC)

The Brokerage, Livell 4A, Triq Santa Marta, Rabat Għawdex VCT 2551

infoateuropedirectgozo [dot] org (info[at]europedirectgozo[dot]org)

+356 2156 3389

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Diċembru 2025
Awtur
Ir-Rappreżentazzjoni f’Malta