Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Representation in Malta

Il-5 EUNIC Film Festival

  • Wirjiet

Kull sena, il-EUNIC Malta Film Festival jipproponi għażla ta’ films minn madwar l-Ewropa, li l-maġġoranza tagħhom qatt ma jkunu ntwerew fis-swali taċ-ċinema. 

Għall-ħames edizzjoni ta’ dan il-festival, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta qed tippreżenta Three Kilometres from the End of the World (Ir-Rumanija, 2024), dramm ta’ Emanuel Pârvu li rebaħ il-premju Queer Palm f’Cannes fl-2024. 

Adi (17), qed iqatta’ s-sajf f’raħal twelidu fid-Delta tad-Danubju. Lejl minnhom jiġi attakkat fit-triq, l-għada d-dinja tiegħu tinqaleb ta’ taħt fuq. Il-ġenituri tiegħu ma jibqgħux iħarsu lejh kif kienu, u t-trankwillità tar-raħal tibda tixxellef.  

Trailer: 

THREE KILOMETRES TO THE END OF THE WORLD trailer | BFI London Film Festival 2024 

Il-film huwa bir-Rumen, bis-sottotitli bl-Ingliż. 

Id-dħul huwa b’xejn u l-biljetti jistgħu jiġu bbukkjati mis-sit ta’ Spazju Kreattiv: Biljetti 

Ara l-programm sħiħ tal-EUNIC Film Festival hawn: EUNIC Film Festival 2025  

  • kultura | arti | avveniment kulturali Ewropew
  • Il-Ġimgħa 26 ta' Settembru 2025, 18.00 - 20.00 (CEST)

Informazzjoni prattika

Meta
Il-Ġimgħa 26 ta' Settembru 2025, 18.00 - 20.00 (CEST)
Lingwi
Ingliż

Deskrizzjoni