Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
  • Wirjiet

L-Istorja tal-Ewropa, Mappa Mappa

L-istejjer ma naqrawhomx biss mill-kotba, iżda mill-mapep ukoll! L-Istorja tal-Ewropa, Mappa Mappa hija sensiela ta’ attivitajiet fil-Librerija Pubblika ta’ Beltissebħ mibnija madwar wirja ta’ 12-il mappa li minnhom nistgħu naqraw l-istorja tal-Ewropa tul iż-żmien.

Attivitajiet:

14/06/24 - 13/07/24
Wirja ta’ mapep – fis-sala ta’ isfel tal-Librerija Pubblika Ċentrali f’Beltissebħ, fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija

15/06, 10:30-11:30: Workshop dwar il-mapep ma’ Joseph Schirò – attività għat-tfal bejn 8 snin u 14-il sena (mingħajr ħlas, irreġistra fuq  events [dot] libraryatgov [dot] mt (events[dot]library[at]gov[dot]mt))

06/07, 12:30-13:30: Suriet l-Ewropa: laboratorju tal-kitba kreattiva mal-poeta Antoine Cassar għaż-żgħażagħ u l-adulti (mingħajr ħlas)

10/07, 19:00-20:00: 12 Maps, One Project: preżentazzjoni u diskussjoni tal-wirja ma’ Pedro Santamaría, kittieb u l-koordinatur kulturali fl-Ambaxxata Spanjola f’Malta.

Din is-sensiela ta’ attivitajiet qed tittella’ biex tfakkar l-20 sena ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta, u Malta Libraries. Il-wirja tal-mapep, Europa, 12 mapas y un proyecto hija inizjattiva tal-Biblioteca Nacional de España. https://www.bne.es/es/agenda/europa-12-mapas-un-proyecto

“L-Ewropa: 12-il mappa, proġett wieħed” hija wirja dwar għażla ta’ rappreżentazzjonjiet kartografiċi ta’ spazju b’ċerta identità. Iżda x’inhi din l-identità? X’inhi l-Ewropa? Kontinent? Realtà ġeografika? Komunità politika? Dan kollu, u aktar…

L-Ewropa hija riżultat ta’ process storiku li jmur lura sal-Greċja tal-qedem, l-imperu Ruman, il-Kristjaneżmu, ir-Rinaxximent, l-espansjoni tal-Punent, il-gwerer dinjija u elf ħaġ’oħra.

Il-mapep, l-għajnejn tal-istorja, juruna xeni u figuri ta’ x’kienu l-battalji, il-patti u l-ibliet tagħha. Il-mapep huma ritratti tal-pajjiżi, tat-territorji u tan-nies li jgħixux fihom. Ma teżistix mappa waħda definittiva, bl-istess mod li ma jeżistix ritratt wieħed definittiv. Kull waħda tirrappreżenta sett ta’ fenomeni jew tgħidilna dwar fatti suċċessivi, iżda dawn mhumiex kollox.

Il-mapep jesprimu dak li l-awturi tagħhom fittxew fl-ispazju fiżiku u kif irrappreżentawh. Jitkellmu dwar min konna, jew dak li konna nemmnu li aħna.

  • avveniment kulturali Ewropew | politika kulturali
  • Il-Ġimgħa 14 ta' Ġunju 2024, 08.00 - L-Erbgħa 10 ta' Lulju 2024, 21.00 (CEST)

Informazzjoni prattika

Meta
Il-Ġimgħa 14 ta' Ġunju 2024, 08.00 - L-Erbgħa 10 ta' Lulju 2024, 21.00 (CEST)
Lingwi
Ingliż, Malti

Deskrizzjoni