Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Representation in Malta

Mr Nobody Against Putin – European Film Festival 2026

Wirjiet

Biljetti (b’xejn): Spazju Kreattiv - Malta’s national Centre for Creativity - Ticketengine 

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta kburija li tippreżenta, għall-ewwel darba fis-swali Maltin, id-dokumentarju Mr Nobody Against Putin, bħala parti mis-sitt edizzjoni tal-Film Festival Ewropew imtella’ minn EUNIC Malta. Dan id-dokumentarju, li rebaħ l-Academy Award għall-aqwa dokumentarju, huwa rakkont personali ta’ qlubija u reżistenza għall-propaganda tal-Kremlin dwar il-gwerra ta’ aggressjoni Russa fil-konfront tal-Ukrajna. 

Pavel – jew Pasha – huwa għalliem li jorganizza l-attivitajiet fl-iskola primarja żgħira f’raħal Russu ta’ 10,000 ruħ. Minn għalliem maħbub, nonkonformista, b’laqta ċajtiera, wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022 sar whistleblower internazzjonali li espona l-effetti devastanti tal-militarazzazzjoni aggressiva Russa fl-iskejjel stess.  

Pasha, li għadu jġorr it-toqol tas-snin diffiċli tiegħu bħala student fl-istess skola, jara l-missjoni tiegħu ta’ għalliem tinqaelb ta’ taħt fuq meta tiddaħħal politika ġdida ta’ edukazzjoni patrijottika lejn il-bidu tal-invażjoni. B’xokk kbir, jiskopri li d-dmijirijiet ta’ għalliem tiegħu jinkludu l-faċilitazzjoni ta’ attivitajiet propagandistiċi tal-istat. 

Biex ikun jista’ jkampa, jiddeċiedi li jiddokumenta l-mod li bih il-gwerra qed tittrasforma l-iskola li jaħdem fiha. Bis-saħħa tar-rwol uffiċjali tiegħu bħala l-vidjografu tal-iskola, jirrekordja mijiet ta’ sigħat ta’ filmati fil-klassijiet u fl-iskola. Li joħroġ huwa l-istorja ta’ istituzzjoni ttrasformata ħesrem: propaganda, liġijiet ġodda ripressivi, organizzazzjonijiet tat-tfal immilitarizzati, u, eventwalment, ir-reklutaġġ tal-istudenti li għadhom kemm gradwaw biex jiġġieldu fl-Ukrajna. 

Il-punt li fih Pasha ma jiflaħx aktar jasal meta jiffilmja l-festini tat-tluq tal-istudenti li kienu qegħdin jintbagħtu jiġġieldu fuq quddiem fl-Ukrajna. Meta jibdew jaslu l-body bags lura r-raħal, Pasha u l-bqija tal-komunità tal-iskola jkollhom jaffaċċjaw iż-żewġ trawmi tal-vjolenza u r-repressjoni.  

Meta jiskopri li ħajtu stress jista’ jkun qiegħda fil-periklu, Pasha jkun sfurzat jaħrab mir-Russja. 

Mr Nobody against Putin 

Year of production: 2025 

Length: ca. 90 min 

Directors: David Borenstein & Pavel Talankin 

Ippreżentat f’Malta bl-appoġġ ta’ Cineuropa. 

Premjijiet 

Academy Award – L-Aqwa Dokumentarju  

British Academy Film Award – L-Aqwa Dokumentarju 

Sundance – Rebbieħ tal-Premju Speċjali tal-Ġurija//Dokumentarju Internazzjonali 

Zagreb Dox - Big stamp award 

Docville - Topic award 

  • ċinema
  • Il-Ġimgħa 18 ta' Settembru 2026, 20.30 - 22.00 (CEST)
  • Il-Belt Valletta, Malta

Informazzjoni prattika

Meta
Il-Ġimgħa 18 ta' Settembru 2026, 20.30 - 22.00 (CEST)
Fejn
Spazju Kreattiv Cinema
Pjazza Kastilja Pope Pius V Street, Il-Belt Valletta VLT 1030, Malta
Lingwi
Ingliż

Deskrizzjoni