Mur għall-kontenut ewlieni
Representation in Malta
  • Jiem ta’ informazzjoni

Il-Malti u t-Traduzzjoni – Translating Europe Workshop

Għoxrin sena wara li l-Malti sar lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f'din il-konferenza se nirriflettu fuq l-iżvilupp tat-traduzzjoni lejn l-ilsien Malti, kif ukoll l-iżvilupp tal-istudji tat-traduzzjoni. Bis-sehem ta' akkademiċi u ta' tradutturi, nixtarru wkoll kif it-traduzzjoni affettwat il-Malti nnifsu, u jkollna l-opportunità li nitgħallmu aktar dwarha permezz ta' sessjonijiet prattiċi.

F'din l-attività se tingħata wkoll informazzjoni prattika dwar il-kompetizzjoni għat-tradutturi tal-Malti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE.

Din l-attività hija parti mis-sensiela ta' Translating Europe Workshops imtellgħin mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Hija mtellgħa mill-uffiċċju tad-DĠT f'Malta bi sħubija mad-Dipartiment tal-Malti u d-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretazzjoni tal-Università ta' Malta.
 

Programm:

Event Programme
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 25 Novembru 2024
MT il-malti u t-traduzzjoni
  • traduzzjoni | industrija tal-lingwi | multilingwiżmu
  • Is-Sibt 7 ta' Diċembru 2024, 08.30 - 13.30 (CET)
  • Il-Belt Valletta, Malta

Informazzjoni prattika

Meta
Is-Sibt 7 ta' Diċembru 2024, 08.30 - 13.30 (CET)
Fejn
Università ta' Malta - Kampus tal-Belt
158 Triq San Kristofru, Il-Belt Valletta, Malta
Lingwi
Malti, Ingliż
Social media links

Deskrizzjoni