Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Representation in Malta

EMAS f’Dar l-Ewropa

L-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) hija s-sistema ta’ ġestjoni verifikata b’mod indipendenti tal-UE li tgħin lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi b’mod sistematiku, tistabbilixxi objettivi u miri, u mbagħad jitkejjel il- progress li jkun sar biex jintlaħqu.

Bħala parti minn sehemha favur il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea turi l-impenn tagħha favur l-iżvilupp sostenibbli u l-prassi ambjentali tajba billi tiżgura li tnaqqas l-impatt tal-ħidma tagħha ta’ kuljum b’mod li huwa konsistenti mal-politiki li żviluppat għall-
Ewropa.

Ir-Rappreżentanza tagħna ilha mill-2020 taħdem flimkien mal-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fuq l-implimentazzjoni tal-EMAS fl uffiċċji tagħna f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.

In-nies li ġejjin huma involuti fl-implimentazzjoni, u huma disponibbli permezz tal-email fuq COMM-REP-MT-EMASatec [dot] europa [dot] eu (COMM-REP-MT-EMAS[at]ec[dot]europa[dot]eu) biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsijiet dwar l-EMAS.